Register

First Name
Last Name
Already have an account? Sign in

Step 1 of 4

MCAST RENTAL OF FACILITIES

1 2 3 4

Contact Person

Name
New
Part-time

Award fil-Prinċipji tal-Ortikultura u tal-Landscaping [Kors bil-Malti]

Courses > Part-time > Award fil-Prinċipji tal-Ortikultura u tal-Landscaping [Kors bil-Malti]

Award fil-Prinċipji tal-Ortikultura u tal-Landscaping [Kors bil-Malti]

250.00

Location:
Code
AG3-14-22p
MQF Level
3
Credits
3
Duration
40 hours
Schedule
Pending Information
Time
Pending Information
Mode of Delivery
Pending Information

Description

Deskrizzjoni

Bħalissa, il-kors qed jiġi skedat. L-applikanti li jissottomettu pagament għal korsijiet mingħajr ebda skeda ppubblikata għandhom iħarsu lejn it-Termini u l-Kundizzjonijiet waqt li jkunu fil-fażi ta’ check out fuq il-ħanut online.

N.B. L-applikanti se jkunu mitluba jirreġistraw l-attendenza tagħhom fuq Classter. F’każ li ma jkunux inkitbu fil-kors b’mod sħiħ, il-lettur għandu d-dritt li jeskludi studenti mill-klassijiet u ebda ċertifikat ma jinħarġilhom. Għall-għotja taċ-ċertifikat hemm bżonn ta’ mill-inqas 70% attendenza.

Koordinaturi tal-Istitut:

Mr. Claude Ebejer E: [email protected] 


Deskrizzjoni

Dan il-kors huwa strutturat sabiex jipprovdi ħiliet bażiċi tal-ortikultura u d-diżinjar, fosthom il-prinċipji tad-diżinjar tal-ġonna u manutenzjoni. Se tingħata importanza partikolari lill-ġardinaġġ b’użu limitat ta’ agrokimiċi.

Il-kors huwa mmirat għal dawk li jixtiequ jibdew karriera fid-diżinjar u kostruzzjoni tal-ġardinaġġ jew għal min irid għajnuniet siewja sabiex jippjana l-ġnien tiegħu stess.

Dan huwa kors gwidat ta’ 40 siegħa li jista’ jinkludi żjarat fuq il-post. L-istudenti għandhom jiddedikaw aktar sigħat sabiex iwettqu l-istudju privat u l-assignments tagħhom.

Il-lezzjonijiet isiru kif inhu indikat fuq il-prospectus u s-sit web.

L-istudent se jiġi espost għall-prinċipji bażiċi tal-ortikultura u l-landscaping sabiex ikollu l-għarfien korrett biex jiddiżinja u jippjana ġnien. L-istudent se jiffamiljarizza ruħu ma’ ċerti problem ta’ diżinn li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom meta jiddiżinja jew jirranġa ġnien.

Riżultat tat-Tagħlim 1: Jidentifika l-prinċipji bażiċi tal-ortikultura fil-kuntest tad-diżinjar tal-ġonna.

Kontenut tat-Taqsima

Huwa importanti li nifhmu kif jaħdmu u jikbru l-pjanti sabiex inkunu nistgħu naħdmu bihom. Għaldaqstant se jingħata għarfien botaniku bażiku.

L-użu u s-sinifikat tas-segwenti se jiġi spjegat:

– Klassifikazzjoni u ismijiet tal-pjanti
– L-Anatomija tal-Pjanti
– Tkabbir u Propagazzjoni tal-Pjanti

Riżultat tat-Tagħlim 2: Tifhem il-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-karatteristiċi tat-tipi differenti ta’ ħamrija.

Kontenut tat-Taqsima

Il-ħamrija hija l-mezz li bih tkabbar il-pjanti. L-għażla ħażina tat-tip ta’ ħamrija jew l-immaniġġjar ħażin tal-ħamrija jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-iżvilupp tal-pjanti. Jekk nifhmu l-kompożizzjoni u l-karatteristiċi tal-ħamrija, dan jgħinna biex inkabbru l-pjanti aħjar. Se niffukaw ukoll fuq mezzi organiċi li jżidu l-fertilità.

– Il-ħamrija bħala mezz li bih tkabbar il-pjanti

– Tipi ta’ Ħamrija
– Il-Preservazzjoni tal-fertilità tal-Ħamrija
– Alternattivi għat-tkabbir fil-ħamrija

Riżultat tat-Tagħlim 3: Tagħraf il-metodi ta’ kif tieħu ħsieb kontra l-pesti u mard komuni fil-pjanti

Kontenut tat-Taqsima

Se tingħata introduzzjoni dwar il-pesti l-aktar komuni tal-pjanti. Dawn il-pesti huma parti mill-ekosistema u l-katina alimentari naturali. Jekk nifhmu r-relazzjoni bejn il-pesti u l-predaturi, ikun possibbli li noħolqu bilanċ tajjeb mingħajr ma tiġi ppreġudikata s-saħħa tagħna u tal-ekoloġija tal-ħamrija u tal-pjanti.

– Pesti Komuni
– Mard Komuni
– Il-Kontroll u l-Evitar tal-Problemi

Riżultat tat-Tagħlim 4: Toħloq ġnien abbażi tal-prinċipji tad-diżinn tal-ġnien,

Kontenut tat-Taqsima.

Li nifhmu l-prinċipji bażiċi tad-diżinjar tal-ġonna huwa importanti biex toħloq ġnien sabiħ. Dan mhux biss suċċess f’termini ta’ funzjoni jew estetika iżda suċċess ħolistiku. Diżinn tajjeb ta’ ġnien se jindirizza aspetti varji li ħafna mid-drabi jiġu injorati jew ma jingħatawx importanza.

– Analiżi u Brief tal-Post

– Prinċipji tad-Diżinjar
– Influwenzi Storiċi fid-Diżinjar tal-Ġonna

– Pjanti fil-Ġnien (densità tal-pjanta, ġonna tematiċi)

Riżultat tat-Tagħlim 5: Tiddiżinja l-hardscape u s-soft areas ta’ ġnien partikolari

Kontenut tat-Taqsima

M’hemm xejn aktar tedjanti milli jkollok passaġġ mhux livellat jew inkella xi ħajt li ma jkunx mibni skont is-sengħa jew anke użu ta’ pjanti li ma jkunux kompatibbli flimkien. Li tkun taf kif tibni l-elementi fiżiċi ta’ ġnien kif ukoll tieħu ħsieb irqajja’ tal-ħamrija huwa importanti sabiex toħloq ġnien sabiħ u li jiffunzjona.

– Ħitan u Pavimentar
– Żrar
– Decking
– L-użu ta’ features tal-ilma
– Inklużjoni ta’ għamara tal-ġnien (gazebos, pergolas, trellises, statwi, bankijiet)
– Siġar u Palmi
– Arbuxelli
– Pjanti u Ground Covers
– Ħaxix Ornamentali
– Pjanti Ornamentali
– Pjanti Annwali u Perenni
– Climbers
– Lawn
– Irqajja’ tat-tkabbir ta’ Frott u Ħaxix

Riżultat tat-Tagħlim 6: Tidentifika fatturi mikroklimatiċi li jinfluwenzaw l-iżvilupp u l-istabbiliment tal-pjanti

Kontenut tat-Taqsima

Diżinn ta’ ġnien ma jistax jirnexxi sakemm il-kuntest ma jkunx mifhum u d-diżinn ma jkunx maħsub sew. Il-kors ser jidentifika liema elementi u kundizzjonijiet wieħed għandu jifhem u kif tiddiżinja l-ġnien abbażi ta’ dawn l-elementi.

– Sħana
– Postijiet fejn jolqot ir-riħ
– Postijiet Xotti
– Kundizzjonijiet Salini
– Irkejjen Dellija
– Erożjoni tal-Ħamrija

Riżultat tat-Tagħlim 7: Tirakkomanda l-irrigazzjoni u programm ta’ manutenzjoni għal ġnien partikolari.

Kontenut tat-Tagħlim
F’pajjiż daqshekk xott, l-irrigazzjoni hija konsiderazzjoni importanti. Il-kors se jħares lejn tipi differenti ta’ metodi u sistemi ta’ irrigazzjoni li jistgħu jintużaw b’suċċess.

– Sistemi ta’ Sprinkler u Drip Irrigation
– Spejjeż inizjali kontra dawk kurrenti
– L-Immaniġġjar tal-ħin fi ġnien

Dawn li ġejjin huma l-prirekwiżiti ssuġġeriti u/jew ir-rekwiżiti tad-dħul li hemm bżonn

Prirekwiżiti:
• Interess fl-Ortikultura u l-Pajsaġġar

 

Similar Courses

Part-time

Award in Sustainable Use of Plant Protection Products for Distributors

180.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

Award in Cheese Production

475.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

animal
physio
rehab
vet

Award in Veterinary Physiotherapy

260.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

Part-time

Growing Plants at Home

230.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

Part-time

Viticulture (Wine Grape Growing) – Introduction

180.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

Part-time

Cultivation of Olive Trees

180.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

New
Part-time

Award in Horticulture and Landscaping Principles [English Cohort]

250.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

Part-time

Green Roofs and Green Walls

180.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

Part-time

Award in Hydroponics Science

250.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...

Part-time

Cultivation of Citrus Trees

180.00

Course is currently awaiting schedule. Applicants submitting payments in favour of courses without a schedule are encouraged to review the...